Internazzjonali

Dalwaqt jitneħħew miċ-ċirkolazzjoni l-£10 b’Charles Darwin

L-awtoritajiet fir-Renju Unit qed iħeġġu n-nies biex jeħilsu mill-għaxar Liri Sterlini li għandhom fuqhom ix-xjentist Charles Darwin. Dan hekk kif dalwaqt mhux se jkunu jistgħu jkomplu jissarfu.
B’kollox hemm 2.1 biljun Lira Sterlina tal-għaxar Liri Sterlini minn dawn u se jibqgħu validi sal-1 ta’ Marzu.
Minflokhom qed jinħarġu għaxar Liri Sterlina ġodda li minflok Darwin għandhom lil awtriċi Jane Austen. Dawn bdew jiċċirkulaw minn Settembru u huma magħmula minn materjal li fih il-plastik.