Ħafna fuq Facebook baqgħu issummati bit-talenti li għandha Georgea Falzon, tfajla ta’ 14-il sena li ikkomponiet din il-verżjoni tal-kanzunetta ‘Taboo’ għall-pjanu.
Interessanti l-fatt li din it-tfajla ilha biss ftit xhur titgħallem il-pjanu.
L-istrument prinċipali ta’ Georgea hu l-vjolin, u mhux il-pjanu. “Hi tiprova ddoqq kollox pjanu, kitarra, ukulele u drums”, qaltilna ommha Joanne.
Tant tħobbha il-muzika li l-iskola fejn tattendi, il-kulleġġ San Injazju Tal-Ħandaq, għandha xi studenti li fil-break tghallimhom l-ukulele.
“Taboo ikkomponietha hi minn moħħha u tidher li ntlaqtet tajjeb sew anke minn Christabelle stess”, spjegat ommha f’kummenti ma’ dan is-sit.
//= $special ?>