Sport Sport Ieħor

Każ ta’ doping fl-Olimpjadi tax-xitwa

Alexander Krushelnitsky (xellug) instab pożittiv għal meldonium

Id-diviżjoni kontra d-doping tal-Qorti tal-Arbitraġġ Sportiv bdew proċeduri kontra Alexander Krushelnitsky. Ir-Russu li rebaħ il-midalja tal-bronż mal-mara tiegħu fil-mixed doubles tal-curling fl-Olimpjadi tax-Xitwa, jidher li nstab pożittiv għal meldonium.

Il-qorti qalet li sa issa għad ma kienx hemm data magħrufa biex l-atleta jidher, li huma membru tat-t-tim tal-Atleti Olimpiċi mir-Russja. Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali ddetermina f’Diċembru li l-atleti Russi li pruvaw li huma nodfa jitħallew jikkompetu bħala newtrali fil-Korea ta’ Isfel.

Dawn l-atleti qed jikkompetu taħt il-bandiera tal-Olimpjadi u l-innu Olimpiku qed jindaqq ma’ kull ċerimonja tal-midalji li jkunu nvoluti fiha. Total ta’ 168 atleta qed jikkompetu f’dan it-tim, u sa issa rebħu tliet midalji tal-fidda u tmienja tal-bronż.

Il-Meldonium li jmexxi aktar id-demm instab li ntuża minn aktar minn 100 atleta Russu fl-2016. L-eks numru wieħed tad-dinja Maria Sharapova serviet sospensjoni ta’ 15-il xahar talli użat din is-sustanza wara li kienet miżjuda mill-Aġenzija Dinjija kontra d-doping.