Lokali

AĠĠORNATA: Libjan arrestat wara li aggredixxa żewġ tfajliet

Waħda mill-vittmi kienet il-kantanta Mikaela

Żewġ tfajliet, li waħda minnhom hi l-kantanta Mikaela Attard, ġew aggrediti lbieraħ bil-lejl f’San Ġiljan. Dan hekk kif Libjan żammhom kontra l-volonta’ tagħhom, u kellha tissejjaħ il-Pulizija.

Sorsi li raw l-aggressjoni qalulna li f’ħin minnhom il-Libjan għamel mus ma’ għonq il-kantanta, waqt li prova jisraqilha basket.

Il-każ seħħ fi Triq Qasam San Ġorġ għall-ħabta tal-11:15pm.

Il-Pulizija irnexxielhom jaqbdu lil-Libjan u ħaduh l-għassa ta’ San Ġiljan għal aktar investigazzjonijiet.

Jidher li l-Libjan, li għandu madwar 37 sena, qed jinżamm Monte Karmeli taħt osservazzjoni.