Internazzjonali

Problemi għat-Transavia

Il-linja tal-ajru low-cost Olandiża Transavia kellha tħassar numru ta’ titjiriet u oħrajn telqu tard. Dan minħabba strajk mill-bdoti tagħha minħabba nuqqas ta’ progress fin-negozjati għal ftehim kollettiv ġdid.
Minħabba din is-sitwazzjoni, l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-bdoti Olandiżi qalet li l-bdoti li jaħdmu fl-ajruporti ta’ Schiphol, Eindhoven u Rotterdam-The Hague ma kellhom ebda triq oħra ħlief li joħorġu fuq strajk.
It-Tranavia hi parti mill-grupp Air France KLM. L-assoċjazzjoni ta’ bdoti Olandiżi u t-Transavia waħħlu f’xulxin għall-istrajk.
Il-bdoti jridu li ftehim ġdid li bih ikollhom skedi aktar stabbli u żieda fil-paga.