Lokali

“Prova joqtolni” – Mikaela

Mikaela kienet aggredita flimkien mal-ħabiba tagħha Monica

“Konna fortunati għaliex għaddejna minn mument terribli li seta’ kien fatali”.

Hekk kitbet fuq Faecbook il-kantanta Mikaela l-għada li żewġt irġel attakawha f’Paceville fejn kienet flimkien ma’ xi ħbieb tagħha. L-istorja kien żvelata mill-website netnews.com.mt.

Mikaela irrakkuntat l-esperjenza tal-biża’ li għaddiet minnha. Tgħid fost l-oħrajn kif wieħed mill-aggressuri attakkaha b’mus; u kienet fortunata li ma spiċċatx feruta, grazzi għall-coat oħxon li kienet liebsa.

“Prova joqtolni”, stqarret Mikaela.

Il-kantanta qalet illi għalkemm il-Pulizija arrestaw Libjan, wieħed mill-aggressuri għadu maħrub.