Roger Federer iċċelebra s-suċċess li reġa’ jinsab fl-ewwel post fir-rankings tad-dinja meta rebaħ l-Open ta’ Rotterdam ilbieraħ. Hu għeleb lil Grigor Dimitrov 6-2, 6-2 fil-finali, jumejn wara li sar l-ixjaħ plejer li jinsab fil-quċċata tar-rankings ATP fl-età ta’ 36 sena. Federer ried biss li jasal sas-semifinali biex jirritorna fl-ewwel post, 14-il sena wara l-ewwel darba li kien tela’ fil-quċċata.
In-numru ħamsa tad-dinja Dimitrov, qatt ma kien qrib Federer, li kellu bżonn biss 55 minuta biex jirbaħ il-finali. Federer mar 3-2 minn fuq fl-ewwel set u rebaħ tliet sets oħra biex għalaq l-ewwel set. Dimitrov wera sinjali li seta’ kienu muġugħ fit-tieni set, minkejja li kien kapaċi jikser is-service ta’ Federer, li iżda minn hemm iddomina.
L-Open ta’ Rotterdam kien is-97 titlu fil-karriera għal Federer, 12 anqas mir-rekord ta’ kull żmien ta’ Jimmy Connor. L-għoxrin titlu tal-ATP 500 hu rekord, b’titlu aktar minn Rafael Nadal. Hu daħal għal dan it-tournament b’wild card, u ħa vantaġġ minn nuqqas ta’ Nadal. Federer beda l-2018 bir-rebħ tal-Open tal-Awstralja, u jista’ jaqbeż l-Open ta’ Franza minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
//= $special ?>