NETnews.com.mt irċieva dan ir-ritratt biex tinġibed l-attenzjoni għall-ammont ta’ siringi wżati li regolarment qed ikunu mormija fuq il-bankina fi Triq Mountbatten.
Il-persuna li tkellmet magħna qalet li din is-sitwazzjoni qed tkun waħda regolari għal din it-triq u hi aktar tat-tħassib meta wieħed jinnota kif il-post jinsab eżatt fin-nofs bejn żewġ Skejjel – waħda tal-Knisja (immarkata f’kaxxa fuq ix-xellug tar-ritratt il-kbir) u oħra tal-Gvern (immarkata f’kaxxa fuq il-lemin tar-ritratt il-kbir).
Il-persuna li tkellem ma’ NETnews.com.mt, u li hi stess ġenitur, qal li din is-sitwazzjoni ma tistax tibqa’ sejra hekk għax qed iżżid il-periklu għat-tfal u ż-żgħażagħ li ta kuljum ikunu mexjin minn hemm wara li jispiċċaw mill-Iskola.
Il-persuna qaltilna wkoll li kemm-il darba ġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti dwar din is-sitwazzjoni, iżda xejn ma nbidel u minn żmien għal żmien, siringi wżati qed jidhru mormija f’din it-triq partikolari.
//= $special ?>