Il-kumpannija Amerikana Steward Health Care li se tieħu f’idha t-tliet sptarijiet, Karen Grech, San Luqa u dak t’Għawdex trid tħalli u tagħlaq id-dipartiment tal-maternità fl-isptar ta’ Morton fil-belt ta’ Taunton f’Massachussetts. Steward Health Care kitbet lid-Dipartiment tas-Saħħa fl-Istati Uniti biex tħabbar il-ħsieb tagħha li tagħlaq b’mod permanenti din il-binja.
Deċiżjoni bħal din qajmet rabja u inċertezza mill-pazjenti f’din il-belt. Inċertezza bħal din qegħda wkoll f’pajjiżna hekk kif f’Diċembru tas-sena l-oħra, il-gvern Laburista ħabbar li l-Vitals Global Health (VGH) ffirmat ftehim li tbiegħ lill-Gvern konċessjoni ta’ 30 sena tat-tliet sptarijiet inkwistjoni lil Steward Health Care.
Il-Ministru Chris Fearne jgħid li ftehim bħal dan hija ‘xi ħaġa sewwa’, bl-appoġġ ta’ Joseph Muscat
Mat-tħabbira ta’ dan il-ftehim il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li ftehim bħal dan huwa ftehim posittiv u sewwa. Dwar dan ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat ta l-appoġġ u kif ukoll qal li ftehim bħal dan se jġib riżulatati effiċjenti u siewja.
Meta l-kuntratt kien iffirmat mal-VGH fl-2015, il-Ministru Konrad Mizzi kien qal li l-VGH se tgħin fit-tkabbir lejn is-servizzi tas-saħħa u edukattivi.
Fl-Istati Uniti, Steward Health Care ma sabitx soċji, business partners, biex tkun tista’ tibqa’ tiffunzjona. Steward saħqet li Partners Healthcare inħallet mill-kuntratt li tipprovdi s-servizz meħtieġ f’Taunton.
Il-Partit Nazzjonalista jitlob il-Qorti tiddikjara null il-kuntratt mal-Vitals.
Il-Kap tal-PN waqt attività politika fiż-Żejtun ħabbar li se jitlob lill-Qorti tiddikajara l-kuntratt mal-Vitals bħala wieħed null. “Il-Partit Nazzjonalista se jiġġieled b’kull mezz biex dak li qed jittieħed b’qerq mingħand il-poplu jingħata lura b’mod sħiħ”, sostna dan Adrian Delia fiż-Żejtun.
Adrian Delia qal li l-Gvern m’għandux għal qalbu is-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin għaliex filwaqt li sab il-miljuni biex jagħtihom lis-sidien tal-Vitals qed jixxaħħaħ mal-pazjenti b’nuqqas ta’ saħħa mentali.
Bil-gvern joffri l-inċertezza kull ma jgħaddi ż-żmien il-gvern Laburista qed juri li qed jitlef kull bażi ta’ pjan fis-settur tas-saħħa, bi problemi wkoll anke fil-kura tas-saħħa mentali.
//= $special ?>