Kurżitajiet Lokali

Banderas affaxxinat bil-Kon Katidral ta’ San Ġwann

Kien dan is-sit illi żvela l-aħbar li Banderas qed jiffilmja f'Malta

L-attur popolari Antonio Banderas f’dawn il-jiem reġa’ kien fil-Belt Valletta hekk kif qed ikomplu jinġibdu x-xeni tas-serje ‘Genius’.

Fuq Twitter Banderas poġġa’ ritratt tiegħu fil-Belt u żewġ ritratti tal-Kon Katidral ta’ San Ġwann.

Is-serje l-ġdida ‘Genius’ se tibda tixxandar fl-24 ta’ April li ġej fuq in-network tan-National Geographic u se tiffoka fuq il-ħajja mqallba tal-pittur ċelebri Spanjol Pablo Picasso.

Bħal Pablo Picasso, anke Antonio Banderas twieled f’Malaga, bil-Producers tan-National Geographic jemmnu li Banderas kien l-għażla naturali biex jinterpreta l-karattru tas-serje ‘Genius’.