Matul il-lejl li ġej fi Triq Aldo Moro se jkomplu t-tħejjijiet għall-bidu tat-tieni fażi tal-Marsa Junction Project. Ix-xogħolijiet se jibdew fid-9:00PM biex jitlestew qabel sbieħ għada filgħodu.
Fi stqarrija, Transport Malta semmiet kif Triq Aldo Moro ser tibqa’ miftuħa għat-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet, f’kull ħin. Madankollu, sewwieqa u persuni oħra li jużaw din it-triq huma mħeġġa jsegwu d-direzzjonijiet u d-devjazzjonijiet li se jkunu indikati b’tabelli temporanji fil-post sabiex tiġi żgurata s-saħħa u s-sigurtà tagħhom u tal-ħaddiema.
Filwaqt li jiddispjaċiha għal kull inkonvenjent, Transport Malta tixtieq tirringrazzja lill-pubbliku għall-appoġġ waqt it-twettiq ta’ dan il-proġett.
//= $special ?>