Lokali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia f’laqgħa mal-Ambaxxatriċi Torka

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia laqa’ fid-Dar Ċentrali lill-Ambaxxatriċi Torka Başak Türkoğlu. Hi ħadet il-kredenzjali fil-25 ta’ Jannar li għadda. Din kienet l-iktar laqgħa riċenti minn sensiela li l-kap tal-Partit Nazzjonalsta qed jagħmel ma’ persuni minn oqsma differenti tas-soċjetà f’pajjiżna.

Filfatt matul din il-laqgħa Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista hu partit li jemmen f’komunikazzjoni miftuħa, u għalhekk jemmen li din il-komunikazzjoni għandha tkompli b’mod regolari.

Min-naħa tagħha l-ambaxxatrici Torka qalet li laqgħat bħal dawn qed ituha l-opportunità li tifhem aħjar lil pajjiżna, fejn hi trid taħdem u għalhekk uriet l-apprezzament tagħha għal din il-laqgħa. Qalet li laqgħat bħal dawn ma’ setturi differenti ta’ pajjiżna twassal biex il-pajjiżi rispettivi jkunu jistgħu jifhmu aħjar l-aspetti politiċi, soċjali u ekonomiċi ta’ xulxin.

Adrian Delia kien akkumpanjat mid-Deputati u Kelliema tal-Partit Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici u David Stellini, kif ukoll is-Segretarju Internazzjonali Roslyn Borg Knight.