Il-Libjan li kien qed jinżamm f’Monte Karmeli wara li ġie arrestat mill-Pulizija fi tmiem il-ġimgħa, irnexxielu jaħrab mill-isptar.
Dan kien konfermat minn diversi sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit b’mod kunfidenzjali.
Il-Libjan, li għandu madwar 37 sena, kien qed jinżamm Monte Karmeli taħt osservazzjoni wara li aggredixxa lill-kantanta Mikaela Attard u lill-ħabiba tagħha Monica waqt li huma kienu San Ġiljan il-Ħadd li għadda.
Kif qalet Mikaela stess fuq Facebook, il-Libjan tant kien aggressiv illi għamel mus ma’ għonqha, waqt li prova jisraqilha basket.
Il-każ seħħ il-Ħadd fi Triq Qasam San Ġorġ għall-ħabta tal-11:15pm.
Mikaela fuq Facebook kitbet li l-Libjan prova joqtolha. “Konna fortunati għaliex għaddejna minn mument terribli li seta’ kien fatali”.
//= $special ?>