Lokali Parlament

Il-liġi dwar il-kannabis mediċinali mhix b’saħħitha biżżejjed

– Kristy Debono, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono sostniet li l-abbozz ta’ liġi li ressaq il-gvern dwar il-produzzjoni tal-kannabis mhix b’saħħitha biżżejjed.

Fil-parlament Kristy Debono qalet li din hija liġi sensittiva, liġi kontroversjali u li anke fis-soċjetà r-reazzjoni dwarha hija mħallta. Filwaqt li l-abbozz li tressaq mill-Ministru tas-Saħħa, propju dwar l-użu tal-kannabis għall-użu mediċinali, kien wieħed pożittiv, kien ta’ natura purament medika, u kien hemm qbil bejn iż-żewġ naħat tal-kamra. Din il-liġi, l-Produzzjoni issa tal-Kannabis għall-Użu Mediċinali, hi liġi mressqa mill-Ministru tal-Ekonomija u li hi orjentata lejn l-ekonomija.

Hi liġi li żgur s-sentiment dwarha hu divers u l-mod kif ġiet ippreżentata tesponi ċertu kumplessita u anke inċertezzi.

Dan l-Abbozz hu ta’ tmien paġni kollox u żgur mhux dak li wieħed kien qed jistenna. L-Att Kanadiż, fih madwar 350 paġna u allura tippreżenta hu abbozz robust, informattiv u dettaljat. Min-naħa l-oħra, l-liġi Maltija hija sempliċiment qafas legali, ta’ tmien paġni kollox u allura se jkun hemm il-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni sussidjarja dettaljata biex tirregola aspetti varji ta’ din l-attività. Hi ħasra li l-Ministru responsabbli jkollu l-poter li jintroduċi avviżi legali, fejn jistgħu jsiru bidliet.

Il-liġi li ġiet preżantata fil-Parlament hija vaga wisq, għall-industrija li jeħtieġ li tkun regolata
Wara li tiġi approvata l-liġi mbgħad għandhom jinħargu l-expression of interests, il-letter of intents u mhux ikun żvelat li kumpanija kienet f’kuntatt kontinwu mal-Gvern biex tidħol f’dan in-negozju u li anke kienet qed tgħin fit-tfassil tal-liġi. Dan kollu qabel ma beda d-dibattitu dwar l-istess liġi fil-Parlament. L-Oppożizzjoni ma tistax tistenna mingħandha l-qbil, id-diskussjoni kostruttiva, imbaghad tkun stmata sempliċiment ta’ rubber stamp.

Kristy Debono staqsiet kif se jkun il-mudell ekonomiku tiegħu? X’irridu minnu u fejn se jwassalna? Xtaqt aktar dettalji, u għalhekk nemfasizza dwar l-importanza li l-gvern kien jipprezenta tal-anqas abbozz ta’ avviż legali anke fuq il-licensing process. L-aktar wara li diġà ħarġet letter of intent. Hu mportanti li jiġi stabbilit limitu ta’ żmien sakemm jitlesta it-tfassil tal-proċess tal-liċenzjar.

Importanti li jekk l-iskop primarju ta’ din il-liġi hu wieħed ekonomiku, allura jeħtieġ li anke hawn, b’regolamentazzjoni serja u stretta, il-mudell ekonomiku ikun wieħed serju iżda miftuħ u ma nagħtux lok għal monopolji. Jekk minn din il-liġi qed naraw li jkun suq kompetittiv, sostniet id-deputat Nazzjonalista.

Fil-liġi hemm tieqa miftħa u għandu jkun hemm kjarifika jekk il-kultivazzjoni se tkunx permessa jew le. Hi staqsiet Jekk iva, kif se naċċertaw li dak kollu li jigi kkultivat ma jiġix abbużat? Jekk hux l-għan tal-Gvern li pajjiżna jittrasformah f’cultivation hub tal-kannabis? Jekk se jiġi kkultivat, se jkun strettament għal Research and Development jew għal finijiet ta’ produzzjoni? jekk il-mudell ekonomiku hux mmirat li jkollna competitive edge fir-riċerka u żvilupp, u niżviluppaw Research Centres, bħal fost l-oħrajn UCLA Research Centre, dan se jkun bl-involviment tas-settur edukattiv? Mal-università? Mal-professjonisti fil-qasam mediku? Jeħtieġ għaldaqstant li jkollna d-dettalji dwar x’inhu għall-Gvern due diligence serju u xi kriterji se jintużaw għad due diligence.

Però meta din l-industrija qed tiġi deskritta bħala lucrative, b’competitive edge, x’inhu t-tbassirr? Kemm qed inbassru li tiġġenera impjieg? X’se jkun l-introjtu mit-taxxi? X’value added qed naraw?
Dwar is-sigurtà, Kristy Debono qalet li din il-liġi hija fqira mid-dettalji. fejnm’hemmx l-informazzjoni neċessarji, biex nassiguraw li Malta ma ssirx hub għat-traffikar.

Hu ttamat ukoll li l-Gvern qiegħed jisma sew, ir-rakkomandazzjonijet tal-Caritas. fejn il-Caritas qed tgħid li għandha tingħata attenzjoni lill-impjegati.
Id-deputat Nazzjonalista pproponiet li tiġi introdotta kundizzjoni għal kull konċessjoni li tingħata skont din il-liġi, li l-kumpaniji jkunu marbuta li jikkontribwixxu għal riċerka medikali li jsir f’pajjiżna u għar-rijabilitazzjoni tan-nies li jsoffru mid-droga.

Mit-taxxi miġbura għandu jkun hemm budget allokat lil Caritas u Sedqa għal kampanji kontra l-użu tad-droga rikreattiva, illegali. Jitwaqqaf fond fuq il-mudell tal-Good Causes Fund u l-Gaming Foundation. Titwaqqaf aġenzija nazzjonali biex timmoniterja il-konvenzjonijiet nazzjonali u li l-istandards qed jigu segwiti. Isir skrutinju fuq kull min jixtieq jidħol f’dan l-impjieg, li dan mhuwiex persuna vunerabbli u m’għandhux passat la ta’ użu u lanqas ta’ traffikar, sostniet Kristy Debono.