– Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco appella lill-gvern biex ir-riformi fis-servizzi finanzjarji jsiru bis-serjetà biex ma tittappanx ir-reputazzjoni ta’ Malta.
Fil-parlament Mario de Marco tkellem dwar il-bidliet li wettaq il-pajjiż biex fis-servizzi finanzi kien fuq quddiem. L-introduzzjoni tal-Euoro kompla kabbar dan is-settur. Il-PN hu assoċjat mal-industrija tas-servuzzi finanzjarji għaliex kien il-PN li persuna lill-pajjiż bħala ċenrtu ta’ eċċellenza.
Dwar dan kien hemm konsensus politiku li effettwa pożittivament lill-pajjiż. Dan ġab sens ta’ stabbiltà u tkabbir biex is-settur illum iħaddem 10,000 persuna b’salarji ferm tajbin u kontribuzzjoni ta’ 13% għall-ekonomija.
Dan is-settur iffaċċja diversi kriżijiet internazzjonali iżda minkejja kollox, is-settur kompla jikber. L-ekonomija m’għandhiex tiddependi minn settur wieħed, sostna Mario de Marco, li qal li kien wasal iż-żmien li dan is-settur u r-regolatur ikunu kkunsidrati biex joperaw bl-aħjar mod.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-gvern m ħalliex lill-awtorità regolatorja fil-każ tal-Bank Pilatus. Bosta impjegati tal-Awtorità ma kienu komdi xejn u rrifjutaw li jieħdu sehem fl-investigazzjonijiet li taparsi saru wara. Dan hu li qed iseħħ fl-Awtorità; li qed tagħlaq għajnejha.
Fil-pajjiż kollox sar jgħadi bi skandli kbar fosthom fi due diligence li suppost qed isir fl-industrija tal-gaming u l-iskandlu tal-Panama li wasslu biex Malta kienet imċappsa interazzjonalment. Bħala kienet ittimbara bħala tax heaven meta fil-fatt mhix. Dan iwassal għall-bżonn ta’ riformi kbar biex is-saltna tad-dritt tirrenja u l-pajjiż ikollu istituzzjonijiet b’saħħithom.
Il-Gvern kellu jirriforma iktar minn sempliċi Kap Eżekuttiv għall-Awtorità tas-Servizzi Finanzi iċ-Chairman tal-Awtorità u l-Oppożizzjoni għandha fiduċja f’John Mamo bħala chairman, li kellu jkun maħtur b’żewġ terzi tal-parlament jew mill-Prim Ministru wara konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni. Il-Kap Eżekuttiv kellu jinħatar wara sejħa pubblika bil-Bord tal-Gvernaturi japprovawh.
//= $special ?>