Raġel li kien qed idur fir-Rabat u jitlob flus b’self, ġie arrestat fl-aħħar ħinijiet mill-Pulizija.
L-istorja bdiet meta familja li sfat vittma ta’ dan ir-raġel saret taf b’dak li qed iseħħ meta xi nies marru għandhom jitolbu li jirritornaw il-flus li r-raġel issellef f’isimhom.
Iżda fil-verità din il-familja ma kienet taf b’xejn dwar dak li kien għaddej minn wara darhom, u kellhom jitolbu lill-Pulizija biex isibu lir-raġel u jnaddfu isimhom fl-istess waqt li dawk li sellfu l-flus jippruvaw jieħduhom lura.
Kienu l-Pulizija mill-għassa tar-Rabat li qabdu lil dan ir-raġel li issa se jkun qed jitressaq il-Qorti.
Ir-raġel qed jaffaċċja diversi akkużi fosthom qerq biex jakkwista l-flus imma wkoll serq tal-identità ta’ din il-familja li qed jippoża bħala membru tagħha.
//= $special ?>