Lokali Qorti

PAQPAQLI: “Għandna sitwazzjoni bla preċedent”

Diskorsi konflinġenti li jnaqqsu r-rwol tal-Presidenza

Din il-ġimgħa NET LIVE iddiskuta l-kontroversja li nqalgħet dan l-aħħar dwar l-inċident ta’ Paqpaqli għall-Istrina, wara x-xiehda li taw fil-Qorti l-President Coleiro Preca u l-President Emeritu George Abela.

Fost dawk li kkummentaw kien hemm l-istoriku u artikolista Simon Mercieca flimkien mal-opinjonista Mark A. Sammut.

Filwaqt illi enfasizzaw li ma teżistix kriżi kostituzzjonali minħabba dawn l-iżviluppi, il-kelliema insistew li x-xiehda ta’ Coleiro Preca u Abela tqajjem ħafna mistoqsijiet.