– Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li l-Caritas qed twissi biex il-produzzjoni tal-kannabis mediċinali ma jkunx l-ewwel pass lejn il-kannabis rikreattiva. Hu staqsa jekk il-liġi tagħmilix possibbli li l-kannabis li tkun prodotta f’Malta tkun esportata lejn pajjiżi barranin u tintuża għal skopijiet rikreattivi.
Fil-parlament Edwin Vassallo tkellem dar l-art f’Bulebel u staqsa jekk din l-art hix maħsuba għal dawn il-kumpaniji li diġà għandhom il-letters of intent fis-settur tal-kannabis mediċinali,. Hu appella biex ma tintilifx iktar art agrikola.
Din hi liġi li ma sserraħx l-imħuħ u staqsa x’se jiġi l-ewwel, jekk hix il-letter of intent jew l-ittra tal-Awtorità Mediċinali. B’liema due diligence ħarġu dawn il-letters of intent, staqsa Edwin Vassallo, li qal li l-liċenzja se tkun tista’ tkun trasferità. Il-pulizija għandha wkoll tingħata s-saħħa meħtieġa biex tinvestiga.
//= $special ?>