Lokali

“Qed nibnu appartamenti mingħajr fire exits”

L-uniku taraġ li tidħol minnu jkun l-uniku taraġ għall-ħruġ

“Il-binjiet li qed nibnu llum m’għandhomx minn fejn toħroġ f’każ ta’ emerġenza. U dan huwa fatt inkwetanti ħafna. Każ bħalma ġara nhar il-Ħadd f’Wied il-Għajn nistgħu nitgħallmu ħafna minnu”.

Stqarr dan l-espert tas-saħħa u s-sigurta’ Aldo Busuttil f’intervista mal-programm NET LIVE.

Busuttil esprima t-tħassib tiegħu għall-fatt li fid-djar tagħna huma ftit li jinvestu f’fire extinguisher ta’ daqs tajjeb.