Għawdex Lokali

Raġel imut wara li waqa’ minn għoli f’Wied il-Mielaħ

It-Tieqa ta' Wied il-Mielaħ
Il-katavru ittella' mill-baħar mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili

Raġel ta’ 69 sena mill-Iżvizzera mieta meta għall-ħabta tat-3p.m. waqa’ minn għoli f’Wied il-Mielaħ fl-Għarb Għawdex.

Jirriżulta li r-raġel kien qrib it-tieqa ta’ Wied il-Mielaħ, meta għal xi raġuni waqa’ minn għoli u ġie fil-baħar.

Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili li assistew sabiex ir-raġel jittella’ mill-baħar.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Il-Pulizija involuti fl-ivestigazzjonijiet qed jippruvaw jistabbilixxu x’wassal biex ir-raġel jaqa’ mill-għoli.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joanne Vella Cuschieri li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.