Ħidma konġunta bejn l-awtoritajiet Taljani u dawk Maltin wasslet biex sajjied Tuneżin matul il-lejl li għadda nġieb f’pajjiżna biex jingħata kura medika.
Kienu l-awtoritajiet Taljani, l-MRCC Rome, li talbu l-assistenza taċ-Ċentru ta’ Koordinament tas-Salvataġġ Malti għall-assistenza wara li bastiment Taljan infurmahom li membru tal-ekwipaġġ kellu bżonn kura medika urġenti.
L-ewwel fil-post kien bastiment tal-Forzi Armati tal-Italja li ta l-ewwel għajnuna lis-sajjied qabel inġieb lejn Malta mill-ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta, l-AW139. Mill-Air Wing tal-Forzi Armati imbagħad ittieħed lejn l-isptar permezz ta’ ambulanza.
//= $special ?>