Lokali Qorti

Sebgħa akkużati li xerrdu pornografija tat-tfal

Fost l-akkużati hemm żgħażagħ ta' 20 sena u bankier

Sebgħa irġiel tressqu l-Qorti dalgħodu akkużati li kellhom fil-pussess tagħhom pornografija tat-tfal, u li xerrdu l-istess materjal. L-irġiel ġew arrestati waqt ħidma mill-Vice Squad, fuq informazzjoni li waslet mill-Interpol.

Il-Maġistrat Francesco Depasquale fid-deċiżjonijiet tiegħu irrimarka li dawn huma atti serji, li jaf ikollhom konsegwenzi gravi fuq it-tfal. Għalhekk ta sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiżi għal 4 snin lil kull wieħed mill-akkużati.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispetturi Joseph Busuttil u John Spiteri.

L-avukati Veronique Dalli u Dean Hili, Ludvic Caruana u Janice Borg, Franco Debono u Marion Camilleri dehru għall-akkużati.