Wara li fl-aħħar jiem sar magħruf li l-ewwel kumpanija li xtrat l-isptarijiet tal-Gvern, Vitals Global Healthcare, hi kumpanija fi stat ‘teknikament falluta’ – aktar dettalji qed ikomplu joħorġu dwar l-istat finanzjarju diżastruż tagħha. Jirriżulta li tant kemm Vitals Global Healthcare lanqas kellha biżżejjed flus fil-bidu ta’ din is-sena, li ma kenitx kapaċi tħallas il-pagi tal-impjegati tagħha.
Il-ġurnal The Times of Malta qalet li it-85 uffiċjal għoli u ħaddiem tal-kumpanija setgħu biss jitħallsu wara li Steward Health Care tħallas il-flus u tixtri t-tliet sptarijiet tal-Gvern: dawk ta’ San Luqa, Karen Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Issa ġie żvelat li s-sitwazzjoni marret żmerċ fil-bidu ta’ Jannar, meta l-ħaddiema ġew infurmati li l-kumpanja ma kienx fadlilha flus xi tħallas għall-pagi.
Skont l-istess ġurnal, jidher li l-kumpanija li ħadet miljuni ta’ sussidju mill-Gvern Malti, daret numru ta’ istituzzjonijiet finanzjarji u banek biex tkun tista’ tħallas dawn il-pagi, iżda wara li dawn it-talbiet ma ġewx milquha, daru fuq il-kumpanija l-ġdida li xtrat l-isptarijiet Steward Health Care. L-istess kumpanija li kienet tinsab f’sitwazzjoni diżastruża finanzjarjament kienet waqqfet ix-xiri ta’ apparat mediku sakemm isir il-bejgħ lill-kumpanija Amerikana Steward Health Care.
Sal-aħħar tas-sena li għaddiet, il-Gvern ta’ Joseph Muscat kien ħallas aktar minn €50 f’sussidju.
Aktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni problematika ta’ Vitals Global Healthcare:
//= $special ?>