Pjattaforma li tpoġġiet fit-triq ewlenija li twassal lejn Spinola, u li saret minn sid ta’ bar, tneħħiet wara li qanqlet kontroversja u kien hemm ukoll l-oppożizzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan.
Jidher illi s-sid ġab il-permessi neċessarji kemm mill-Awtorita’ tal-Ippjanar u anke mill-Awtorita’ tal-Artijiet.
Fuq Facebook, kienu bosta dawk li esprimew id-diżappunt kbir tagħhom għal din il-pjattaforma li hi biss waħda minn serje ta’ strutturi simili li tpoġġew tul ir-rotta minn Paceville sal-Gżira.
Matul il-ġurnata tat-Tlieta imbagħad bdiet azzjoni biex din il-pjattaforma tneħħiet.
//= $special ?>