Sigħat wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fetaħ kawża l-Qorti biex il-poplu Malti jieħu lura l-isptarijiet tiegħu – il-kumpanija Vitals Global Healtcare biegħat it-tliet sptarijiet tal-Gvern lill-kumpanija Amerikana Steward Health Care.
Dan il-ftehim ġie kkomunikat minn Steward Healthcare u aktar tard ikkonfermat mill-Gvern ta’ Joseph Muscat, fejn din il-kumpanija Amerikana se tieħu f’idejha l-operat kollu li kien ta’ Vitals Global Healthcare – wara li din tal-aħħar għamlet biss 18-il xahar hawn Malta u daħlet aktar minn €50 miljun f’sussidju mill-Gvern Malti. Issa Steward Health Care ħadet f’idejha l-isptar San Luqa, l-isptar Karen Grech u l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Dan filwaqt li qalet li se tkompli bix-xogħolijiet tal-iskola Barts li ma tlestitx mis-sieħeb ta’ qabila Vitals Global Healthcare.
Issa Steward Health Care se tkun qed tieħu ħsieb numru ta’ setturi mediċi f’pajjiżna. Fl-istqarrija, iċ-Chairman u s-CEO tal-kumpanija Amerikana Ralph de la Torre qal: “Il-mudell innovattiv ta’ Steward għen lil numru ta’ pazjenti fl-Istati Uniti jirċievu servizz ta’ kwalita’ għolja filwaqt li naqqsu l-ispejjeż fl-medikali”, dan filwaqt li żied: “li jinsabu ħerqana li jimplimentaw dan l-istess mudell ta’ sptarijiet f’Malta.
Fl-istess stqarrija maħruġa mill-kumpanija Amerikana, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li: “Il-kumpanija Steward Health Care għandha l-istess viżjoni bħal Gvern tiegħu għall-futur tas-settur tas-saħħa f’Malta”. Żied jgħid li din is-sħubija mas-settur privat se tieħu s-servizz tas-saħħa f’Malta f’livelli fost l-aqwa fid-dinja.
Il-kumpanija Steward Health Care qalet li minn din is-sħubija rriżultat wara li xtrat il-konċessjoni li ngħatat lill-kumpanija Vitals Global Healthcare. Steward qalet li se tinvesti f’faċilitajiet f’Malta.
Intant ilbieraħ, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fetaħ kawża biex l-ewwel kuntratt ta’ bejgħ tal-isptarijiet mill-Gvern lill-kumpanija Vitals Global Healthcare jiġi ddikjarat null, u b’hekk l-istparijiet jerġgħu isiru tal-poplu Malti. Dan wara li saru diversi tentattivi mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista biex isir magħruf għand min marru l-isptarijiet tagħna, u min huma s-sidien ta’ din il-kumpanija li l-Gvern kien ta s-settur tas-saħħa Malti. Iżda għal dawn il-mistoqsijiet ta’ importanza nazzjonali, il-Gvern ta’ Joseph Muscat ma weġibx.Aktar dettalji dwar dan hawn taħt:
//= $special ?>FILMAT: Il-Kap tal-Oppożizzjoni jiddefendi d-drittijiet tal-poplu Malti