Lokali Saħħa

“Wieħed jista’ jgħid li l-VGH ma kinux speċjalisti” – Manuel Micallef

"Il-Ministru għandu jerfa' responsabbilta' hu għal dak li qal" - Manuel Micallef

Il-kandidat u preżentatur laburista Manuel Micallef ħasel idejh milli jwieġeb domandi pertinenti dwar il-VGH, waqt li lbieraħ kien qed jipparteċipa fil-programm NET LIVE fuq Net Television.

Mistoqsi għaliex Chris Fearne qal li Steward huma “the real thing”, Manuel Micallef qal li hu mhux se jwieġeb għal dak li stqarr il-Ministru. Qal biss illi Steward huma speċjalisti, “li wieħed seta jgħid li VGH ma kinux”.

Minn naħa tiegħu Jean Pierre Debono, f’isem il-Partit Nazzjonalista, fakkar kif il-Gvern stess ammetta li l-VGH fallew. Saqsa kif inhu possibbli li l-apparat kollu tal-isptarijiet inxtara għal ewro biss.