Il-President Tork Tayyip Erdoğan qal li kien wasal iż-żmien li fit-Turkija l-adulterju jerġa’ jibda jitqies bħala reat.
Il-partit ta’ Erdoğan, il-partit Islamista tal-AK, kien diġà qajjem is-suġġett fl-2004 bħala parti minn reviżjoni tal-liġi kriminali Torka. Imma l-proposta kienet qanqlet agħa kemm fit-Turkija kif ukoll fost l-Unjoni Ewropea, li wissiet li dan jista’ jkun ostaklu għall-aspirazzjoni Torka li ssir membru tal-UE.
Imma filwaqt li t-Turkija teknikament għadha kandidat għas-sħubija, bħalissa din it-tama kważi għebet għalkollox.
Erdoğan qal li t-Turkija kienet żbaljata fl-2004 li ċediet għall-pressjoni tal-UE rigward l-adutlerju.
It-Turkija kienet neħħiet l-adulterju bħala reat għan-nisa fis-snin disgħajn, filwaqt li għall-irġiel dan kien ilu li tneħħa.
Erdogan irid li l-adulterju jerġa’ jitqies reat


