Tal-Vitals Global Healthcare ħadu mill-anqas €100 miljun u nefquhom billi fetħu uffiċċju fl-Iżvizzera.
Hekk iddikjara t-Tabib Josie Muscat, hekk kif waqt il-programm NET Live kien diskuss x’seta’ ġara mill-flus li l-kumpanija internazzjonali ħadet mill-Gvern Malti suppost biex tmexxi l-Isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Waqt il-programm, it-Tabib Muscat sostna l-punt tiegħu diversi drabi, tant li żvela kif tal-Vitals fetħu l-uffiċċji tagħhom fl-Iżvizzera, bit-tmexxija tal-kumpanija “ġejjin u sejrin l-Iżvizzera”.
Hu sfida lill-Gvern biex jiċħad din l-informazzjoni li kien qed jgħid, fosthom l-ammont ta’ flus li ngħataw mit-taxxi tal-poplu. Fakkar kif suppost, tal-Vitals kellhom jinvestu huma l-miljuni tal-ewro u mhux jingħataw il-miljuni minna.
//= $special ?>