Id-deputati Nazzjonalisti David Stellini, Claudette Buttigieg u Edwin Vassallo saħqu fuq l-importanza li l-pajjiż jilħaq livelli Ewropew fil-protezzjoni mir-radjazzjoni.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista David Stellini qal li din il-liġi setgħet saret qabel minħabba skadenza tal-UE u qal li din il-liġi se ġġib iktar serjetà dwar kif ir-radjazzjoni tkun kontrollata. Dan se jsir billi jinħoloq kummissjoni u segretarjat għalkemm dawn m’humiex ċari fil-liġi.
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li kien hemm dewmien fuq din il-liġi u staqsiet għaliex mill-2015 ‘l hawn ma sar xejn. Hi trattat l-aspett tar-radjazzjoni fis-settur mediku. L-UE hi serja ħafna fuq dan is-settur u l-pajjiż għandu jintroduċi l-miżuri meħtieġa ta’ protezzjoni fosthom lill-persuni li jaħdmu fis-settur.
Id-deputat Nazzjonalista staqsiet jekk il-pajjiż hux se jidħol għar-riċerka f’dan is-settur anki minħabba ċ-ċokon tal-pajjiż. M’hemmx provi tanġibbli li dan qed jikkaġuna radjazzjoni. Għandha tkun spjegata wkoll is-sitwazzjoni dwar it-telefonija ċellulari. Għandha tingħata wkoll protezzjoni sħiħa lit-trabi fil-ġuf u lit-trabi.
Claudette Buttigieg staqsiet jekk l-iskadenza tal-UE hux se jkollha effetti fuq il-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li din il-liġi se timla vojt li jinħass fil-pajjiż fejn għandhom ikunu kkunsidrati l-possibbiltjiet li jsiru talbiet għal kumpensi għal radjazzjoni minn antennas li hawn fil-pajjiż. Hu tkellem dwar il-ħidma tal-kummissjoni li se tkun suġġettiva minn deċiżjonjiet meħuda minn setturi tax-xjenza barranin. Hu appella biex il-lobby groups ta’ elementi kapitalisti ma jieħdux il-poter. Jeħtieġ li l-pajjiż isib is-sostenibbiltà meħtieġa f’dan is-settur sensittiv.
Edwin Vassallo enfażizza l-importanza li din il-kummissjoni toffri garanziji anki ifl-kuntest tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Hu tkellem dwar il-kultura ts-sigurtà, Edwin Vassallo qal li l-impriżi għandhom jipprovdu dan l-aspett biex il-bniedem jitlifx il-valur tiegħu quddiem il-qligħ.
Il-kummissjoni għandu jkollha l-poter li twaqqaf kliniċi jew sptarijiet pubbliċi li jkunu qed jikkaġunaw radjazzjoni waqt terapija medika, sostna Edwin Vssallo, li qal li din il-kummissjoni se tkun fuq l-operat tal-gvern u għalhekk se jkollha rwol importanti ħafna. Il-kummissjoni għandha tkun responsabbli mill-ħolqien tal-kultura ts-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
//= $special ?>