Lokali

Għexieren maħsuda bil-mewt għall-għarrieda ta’ żagħżugħ ta’ 36 sena

Għexieren ta’ messaġġi ta’ dieqa u kondoljanzi hekk kif dalgħodu bdiet tinxtered l-aħbar li matul il-lejl li għadda miet iż-żagħżugħ ta’ 36 sena, Francois Bajada.

Francois, li kien dilettant tal-karozzi u muturi, miet għall-għarrieda, x’aktarx kawża ta’ attakk tal-qalb.

Kienu diversi l-messaġġi li nkitbu mill-ħbieb ta’ Francois fuq il-midja soċjali, b’ħafna jiddeskrivu l-mumenti sbieħ li għexu ma’ Francois.

Francois kien ħerqan għal attivita’ li kien se jorganizza flimkien ma’ persuni oħra erbat’ijiem oħra, attivita’ bil-karozzi u muturi li kienet se ssir il-Ħadd li ġej.