Lokali

Il-Knisja tiftaħ ir-reġistrazzjoni fl-iskejjel tagħha għall-‘Applikanti Oħra’

Il-Bord tad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja qed jilqa’ applikazzjonijiet tard skont il-Kriterju ‘Applikanti Oħra’ għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja fl-ewwel sena kindergarten, it-tieni sena kindergarten, l-ewwel sena primarja u l-ewwel sena sekondarja, għas-sena skolastika 2018-2019.

Wieħed jista’ japplika onlajn sa nhar il-Ħamis, 28 ta’ Frar 2018, jew imur il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana jew fl-iskola St Michael, Santa Venera, nhar il-Ħamis, 28 ta’ Frar 2018, bejn id-9:00 a.m. u s-1:00 p.m.

Wara li ġew milqugħa l-applikazzjonijiet tal-Ewwel Kriterju u tal-Każijiet Serji tal-Ewwel Kriterju, in-numru ta’ postijiet vakanti għall-‘Applikanti l-Oħra’ huwa ta’ 800 minn total ta’ 1,529 post. Il-postijiet vakanti għall-‘Applikanti l-Oħra’ huma maqsumin hekk:

It-total ta’ 800 jinkludi wkoll il-postijiet vakanti fl-ewwel sena primarja fl-iskejjel ta’ St Francis, Birkirkara, Bormla u Msida, li huwa ta’ 44 post għas-subien u 7 postijiet għall-bniet.

Għad iridu jiġu aċċettati xi każijiet serji skont it-Tielet Kriterju. Fost l-applikanti oħra jista’ ikun hemm aħwa li qed japplikaw għall-istess sena, tewmin, jew għal snin tad-dħul differenti.

Meta wieħed minn dawn l-aħwa jirreġistra fi skola, iż-żgħir jikkwalifika skont il-Kriterju tal-Aħwa. Dan ifisser li n-numru ta’ postijiet vakanti jonqos skont kemm ikun hemm minn dawn l-aħwa. Aktar informazzjoni tingħata qabel ma jsiru l-poloz f’Marzu u f’April 2018