Nathalie Williams tista’ tixhed fil-Qorti kontra l-eks raġel tagħha. Dan ikkonfermatu il-psikjatra mqabbda mill-Qorti wara li l-mara allegatament kienet inżammet maqfula f’toqba taħt l-art fil-Forti Rikażli fil-Kalkara.
Williams kellha żewġ opportunitajiet sabiex tixhed lura f’Jannar, madanakollu falliet milli tagħmel proprju dan wara li fl-ewwel okkażżjoni kienet għadha ma ltaqgħetx ma’ psikjatra, filwaqt li d-darba ta’ wara kien ġie ppreżentat ċertifikat mill-psikjatra li kien juri li kienet għadha mhix f’kundizzjoni li tixhed kontra żewġha.
L-akkużat ta’ 37 sena minn Seychelles preżentament qed jinżamm taħt arrest preventiv.
//= $special ?>