Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana naqset milli twieġeb fejn marru l-€50 miljun li ingħataw il-VGH mingħand il-Gvern. Dan meta suppost f’Għawdex kellu jsir investiment kbir u tinbena l-iskola medika ta’ Barts. Minn dan kollu iżda ma sar xejn, u f’sentejn ġewwa l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għad hemm biss ħofra.
Intant, hawn isfel qed nirriproduċu ritratti li juru l-investiment li għamel fl-Isptar t’Għawdex l-aħħar Gvern Nazzjonalista sal-2013, meta infetaħ Dipartiment tar-Radjoloġija, żewġ swali tal-operazzjonijiet u apparat modern b’fondi Ewropej.

