Lokali

Imut l-anzjan li nhar is-Sibt waqa’ t-taraġ fi blokka appartamenti fil-Gżira

Il-Pulizija fi stqarrija qalet li miet l-anzjan ta’ 67 sena li s-Sibt li għadda waqa’ t-taraġ fi blokka appartamenti fil-Gżira.

Jirriżulta li l-anzjan kien jinsab fil-blokka appartamenti, meta għal xi raġuni waqa’ t-taraġ għall-ħabta tas-12:45p.m. fi Triq il-Belvedere fil-Gżira.

Dakinhar l-anzjan ittieħed l-Isptar Mater Dei b’Ambulanza u kien ċertifikat li sofra ġrieħi serji, bl-anzjan illum miet fl-Isptar stess konsegwenza tal-ġrieħi serji li ġarrab.

Dwar dan il-każ għaddejja investigazzjoni biex ikunu stabbiliti aktar dettalji.