Ambjent Lokali Saħħa Xjenza u Teknoloġija

INĊIDENT LI SETA’ ĠIE EVITAT: Il-permessi għal binjiet bla standards ta’ sigurtà

Il-Ministru jammetti li l-liġi dwar is-sigurta' kontra nirien fiha ħafna nuqqasijiet

“L-inċident tal-Ħadd li għadda seta’ ġie evitat li kieku kien hemm sistema attrezzata li twissi li hemm nar fil-komun, u dak li jkun joħroġ qabel minn ġol-appartament.”

Dan qalu l-Inġinier Norman Zammit, President tal-Kamra tal-Inġiniera, waqt il-konferenza Raising the Bar in Fire organizzata mill-istess Kamra flimkiem mal-kumpanija Alberta. Fl-inċident tal-Ħadd li ghadda, miet raġel ta’ 35 sena wara li pprova jsalva lill-girien. In-Nar beda minn heater.

L-Inginier spjega f’każijiet simili, x’mizuri wiehed jista jiehu: “Jekk inti għandek bini għoli, bħal torrijiet, taf li l-mezzi tal-Protezzjoni Ċivili mhux se jlaħħqu s’hemm. Għalhekk iridu jużaw dawk li jissejjħu fire-fighting lifts b’tali mod li l-bini jkun attrezzat biex il-lift itella’ l-pumpiera fis-sular fejn hemm in-nar, isibu wet risers biex iqabbdu l-manka hemm u jiġġieldu n-nar minn ġo dak is-sular għax il-vetturi tat-tifi tan-nar ma jlaħħqux.”

Zammit semma’ l-importanza li t-torrijiet li jinbnew ikollhom aċċess għall-vetturi ta’ emerġenza u mhux jinbnew f’toroq fejn l-infrastruttura ma tippermettix.

F’din il-konferenza rriżulta illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) m’għandux ir-riżorsi meħtieġa biex jissorvelja it-13,000 applikazzjoni li jidħlu għand l-Awtorità tal-Ippjanar, fejn tidħol sigurtà dwar nirien. Dan minkejja li li f’Marzu 2017, dan id-Dipartiment sar ukoll l-awtorità responsabbli li tħares is-sigurtà u s-sistemi ta’ nirien fil-bini.

Il-Ministru Ian Borg minn naħa tiegħu ammetta li l-liġi kif inhi bħalissa fiha ħafna nuqqasijiet u hemm bżonn leġislazzjoni waħda li tiġbor fiha d-diversi regolamenti li hemm marbuta mal-fire safety u s-saħħa u s-sigurtà. Din il-leġiżlazzjoni qiegħda titfassal biex tħares l-evakwazzjoni tan-nies, il-kontrol ta’ nirien u tisħiħ tas-sigurtà tal-pumpiera.

Il-konferenza trattat l-irfiegħ tar-responsabbiltà meta jseħħu każijiet ta’ nirien, iċ-ċertifikazzjoni ta’ dawn il-prodotti msemmija ibbażati fuq installazzjoni adegwata, spezzjonijiet u ż-żamma regolari tagħhom.

Il-blokka ta’ appartamenti fi Triq l-Aħmar, Marsaskala (Google Street View)

F’din il-konferenza rriżulta illi d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) m’għandux ir-riżorsi meħtieġa biex jissorvelja it-13,000 applikazzjoni li jidħlu għand l-Awtorità tal-Ippjanar, fejn tidħol sigurta’ dwar nirien. Dan minkejja li l-fl-2017 is-CPD sar ukoll l-awtorità responsabbli li tħares is-sigurtà u s-sistemi ta’ nirien fil-bini.

Il-Ministru Ian Borg minn naħa tiegħu ammetta li l-liġi kif inhi bħalissa fiha ħafna nuqqasijiet u hemm bżonn leġislazzjoni waħda li tiġbor fiha d-diversi regolamenti li hemm marbuta mal-fire safety u s-saħħa u s-sigurta’.