Hekk kif l-Air Malta qed tiċċelebra t-tnedija tat-13-il rotta ġodda b’Offerta speċjali ta’ 30 %, għandek ġimgħa ċans sabiex tibbenifika, sas-27 ta’ Frar.
L-iskont huwa applikabbli fuq it-titjiriet kollha lejn San Pietruburgu, Malaga, Lisbona, Comiso, Casablanca, Katanja-Vjenna, Venezja, Tuneż u Frankfurt. L-iskont japplika wkoll fuq ir-rotot l-ġodda li ġew imnedija din il-ġimgħa lejn Southend ta’ Londra, Katanja – Londra Southend, Cagliari u Cagliari – Londra Southend.
Il-Kap Kummerċjali tal-linja tal-ajru nazzjonali, Paul Sies, insista li l-Air Malta tixtieq tiċċelebra dan l-avveniment mal-bqija tal-klijenti tagħha – fejn, skontu, diġà kien hemm rispons qawwi.
Din l-offerta hija valida għal ivvjaġġar mill-1 ta’ Marzu 2018 sat30 ta’ Ġunju 2018 u tkopri l-prodott ta’ Go Smart fejn l-prezz jinkludi bagalja rreġistrata ta’ 23 kg.
//= $special ?>