Knisja Lokali

L-Arċisqof jibda jiltaqa’ mal-vittmi ta’ abbuż sesswali

L-Isqof Barros qed jiċħad li huwa kien jaf jew li b’xi mod ħeba xi abbuż

Eku tal-akkużi serji ta’ abbużi sesswali fuq minorenni – storja li bħalissa qed tiddomina l-media fl-Amerika Latina, partikolarment fiċ-Ċili.

Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna beda jiltaqa’ mal-vittmi ta’ abbuż sesswali bħala parti mill-investigazzjoni li l-Papa Franġisku talbu jagħmel fiċ-Ċilì.

L-għan tal-investigazzjoni huwa biex jinstab jekk l-Isqof ta’ Osorno, Juan de la Cruz Barros Madrid kienx jaf li s-saċerdot Karadima kien jabbuża minn minuri.

L-Isqof Barros qed jiċħad li huwa kien jaf jew li b’xi mod ħeba xi abbuż.