Internazzjonali

Miet ir-reliġjuż Amerikan Billy Graham

Tħabbret il-mewt tar-reliġjuż Amerikan Billy Graham, wieħed mir-reliġjużi Amerikani l-aktar influwenti fl-20 Seklu. Huwa kellu 99 sena.
Billy Graham miet fir-residenza tiegħu f’ Montreat, North Carolina. Tul karriera ta’ 60 sena hu stmat li kien ippriedka personalment quddiem 210 miljun persuna. Huwa mbagħad laħaq miljun ruħ oħra bit-televiżjoni.
Huwa kien ħabib ta’ diversi Presidenti Amerikani, minn Harry Truman għal Barack Obama, u kien tal-fergħa Nisranija magħruf bħala Southern Baptist. Hu kien ħabib kbir tal-President Richard Nixon, għalkemm din il-ħbiberija birdet ftit wara l-iskandlu ta’ Watergate.