Raġel miż-Żebbuġ Għawdex tressaq il-Qorti dalgħodu akkużat illi fl-aħħar xhur kellu fil-pussess tiegħu u traffika d-droga kokaina, pjanta tal-kannabis u raża meħuda mill-pjanta tal-kannabis.
L-akkużat tressaq quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri. Hu għandu 35 sena.
Ir-raġel ġie akkużat ukoll li kiser ordni ta’ probation mogħtija mill-Qorti ta’ Għawdex u rrenda ruħu reċidiv wara sentenzi mogħtija mill-Qrati.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet, fosthom li jħallas depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
//= $special ?>