Aktar minn 200 infermier minn madwar id-dinja attendew għall-konferenza dwar l-opportunitajiet u l-isfidi għall-infermiera fuq il-post tax-xogħol. Numru ta’ esperti fis-settur tas-saħħa ġew Malta biex jipparteċipaw fil-konferenza internazzjonali organizzata mill-Federazzjoni Ewropea tal-Infermiera Edukaturi – li saret fl-Universita’ l-antika fil-Belt Valletta.
NET News tkellem ma’ Dr Roberta Sammut, id-Dekan tal-Fakulta’ tal-Infermiera fl-Universita’, fejn tkellmet dwar l-iskop ta’ din il-konferenza, u kemm se jaffettwa lill-infermiera biex joffru servizz aħjar lill-pazjenti tagħhom. Din il-konferenza hi utli mhux biss lill-edukaturi iżda anke għall-istudenti u l-infermiera esperjenzati stess – kif qalilna Dr Josef Trapani, lecturer fl-Universita’ ta’ Malta. Għalhekk, tkellimna wkoll mal-President tal-għaqda studenteska Malta Health Students Association (MHSA) – dwar kif din l-esperjenza se taffetwa l-istudji u l-motivazzjoni tagħhom. Ara l-filmat hawn fuq
F’din il-konferenza, dawn l-esperti barranin qegħdin jaqsmu l-esperjenza u l-viżjoni tagħhom fis-settur tal-infermerija, u t-triq ‘il quddiem.
//= $special ?>