Joelle Galea ta’ 33 sena residenti Tas Sliema ngħatat il-ħelsien mill-arrest fuq akkużi li serqet aktar minn €60,000 mill-kont bankarju tal-ġenituri tagħhom.
Galea għandha l-vizzju tad-droga.
Hi tinsab akkużata wkoll li serqet flus kontanti mid-dar tal-ġenituri tagħha f’Diċembru tas-sena l-oħra. Hi għamlet anke użu mid-dettalji tal-bank tal-ġenituri tagħha u l-password tal-kont bankarju.
Akkużi oħra fil-konfront ta’ Galea huma li fir-residenza tagħha nstab li kienet fil-pussess tar-reżina tal-kannabis u ecstasy.
Joelle Galea dehret quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea li wissiet lill-akkużata biex tikkopera mal-uffiċjal tal-probation u dan għal ġid tagħha.
L-akkużata ngħatat l-ħelsien mill-arrest fuq depositu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000.
L-ispetturi Mark Mercieca u Lara Butters mexxew il-prosekuzzjoni
//= $special ?>