Kunsilli Lokali Lokali

Elett l-Eżekuttiv il-ġdid tal-Kulleġġ Kunsilliera Lokali tal-Partit Nazzjonalista

Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista

Waqt l-ewwel laqgħa tal-Kulleġġ Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista li saret nhar l-Erbgħa 21 ta’ Frar 2018 fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista ġie elett l-Eżekuttiv il-ġdid.

Dan jahbat mal-25 sena minn meta il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami ħabbar il-pjanijiet tal-Gvern immexxi minnu sabiex iniedi l-Kunsilli Lokali u jpoġġi fil-prattika l-prinċipju li jqarrab aktar poteri lejn iċ-ċittadini.

Il-membri eletti u l-karigi tagħhom huma dawn:

• President: Pierre Portelli (Sliema)
• Viċi President: Graziella Galea (San Pawl il-Baħar)
• Segretarju: Joanna Abdilla (Ħal Safi)
• Viċi Segretarju: Liam Sciberras (Santa Luċija)
• Teżorier: Stanley Zammit (Birżebbuġa)
• Segretarju Internazzjonali: Ian Mario Vassallo (Rabat)
• Segretarju Informazzjoni: Ralph Puli (Ħal Qormi)
• Kordinatur Hamlets: Maryanne Cuomo (Baħar iċ-Ċagħaq)
• Kordinatur Għawdex: Paul Buttigieg (Qala)

Membri oħra:
• John Baptist Camilleri (Marsaskala)
• Anthony Chircop (Sliema)
• Michael Fenech Adami (B’Kara)
• Clayton Luke Mula (San Ġiljan)
• John Pillow (Sliema)
• Joseph Spiteri (Naxxar)

Il-Kulleġġ tal-Kunsillieri se jkun irrappreżentat fl-eżekuttiv tal-Partit mill-President Pierre Portelli u s-Segretarja Joanna Abdilla flimkien mal-Kunsilliera Maryanne Cuomo.

Il-Kulleġġ jirringrazzja lill-membri li servew fl-Eżekuttiv tal-Kulleġġ li għadu kemm temm il-ħidma tiegħu.