Internazzjonali Knisja

FILMAT: “Għalissa l-intervisti se jitkomplew mill-assistent tiegħi”

L-ewwel kummenti tal-Arċisqof wara l-intervent mediku li kellu fiċ-Ċili

Monsinjur Arċisqof Charles J Scicluna jinsab aħjar wara l-intervent mediku li kellu lbieraħ.

Dan ikkonfermah l-Arċisqof innifsu f’kummenti lill-programm NET LIVE, permezz ta’ telefonata mill-isptar fiċ-Ċili.

Mons. Scicluna rringrazzja lil dawk kollha li wasslu l-awguri tagħhom ta’ fejqan ta’ malajr.