Numru kbir ta’ lecturers tal-MCAST inġabru barra l-entratura prinċipali biex isemmgħu leħinhom – dan wara li baqgħu ma ntlaqgħux it-talbiet tagħhom għall-kundizzjonijiet aħjar fl-impjieg tagħhom. Din kienet waħda biss mill-azzjonijiet industrijali ordnati mill-Union tal-Għalliema (MUT).
Illum u għada l-lecturers se jkunu fuq strajk bejn l-10am u l-nofsinhar – dan minkejja li l-MCAST qalet li bagħtet proposti ġodda lill-MUT, fejn l-Union tal-Għalliema baqgħet tirrifjutahhom. Madanakollu, l-MUT qalet li s’issa għadha qatt ma rċeviet dawn il-proposti bil-miktub.
Tkellimna ma’ Marco Bonnici, il-President tal-MUT – fejn stqarr li waħda mill-proposti tal-Gvern u l-MCAST kienet dik li joħolqu mhux biss diskriminazzjoni fil-kundizzjonijiet ma’ lecturers f’istituzzjonijiet edukattivi oħra – iżda anke differenzi bejn l-lecturers tal-MCAST stess.
NET News tkellem ukoll ma’ lecturers li ilhom is-snin jaħdmu fl-MCAST fejn esprimew id-diżappunt tagħhom – għas-sistema’ ta’ lecturers tat-tieni u t-tielet klassi.
Waqt il-konferenza indirizzata mill-MUT li għaliha l-lecturers strajkjaw, intqal li in-negozjati li għaddejjin qed isiru fuq ftehim li skada fl-2016. Temm jgħid, li l-Gvern irid jistma lil-lecturers l-istess u jerġa’ jagħti stima lil-lecturers tal-MCAST. L-MUT qalet li ma teskludix aktar azzjonijiet industrijali.
//= $special ?>