Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, fil-Parlament, ressaq emendi għall-Abbozz ta’ liġi dwar il-Media u Defamazzjoni li bħalissa qed tiġi diskussa – magħrufa bħala anti-SLAPP.
L-iskop tal-emendi anti-SLAPP hu li se jkunu qegħdin jipprevjenu milli f’Malta jkollna ftuħ ta’ kawżi fil-Qorti bl-unika raġuni tkun dik li tipprova ssikket u tintimida lill-ġurnalisti. Dan minħabba li l-kawża jkollha spiża legali għolja, u għaldaqstant numru ta’ kmamar tal-aħbarijiet f’Malta ma jkollhomx ir-riżorsi biex iħallsu, bil-konsegwenza li jkollhom jirtiraw l-artikli in kwistjoni avolja jista’ jkun li jkunu veritiera.
Dawn il-proposti se jiġu diskussi fis-seduta li jmiss tal-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġijiet – fejn id-deputat Jason Azzopardi insista li dawn l-emendi għall-liġi dwar il-Media u Defamazzjoni hi identika għal dik tal-Private Member’s Bill imressqa mill-Oppożizzjoni fuq dan l-istess suġġett.
Dan hekk kif fis-16 ta’ Jannar, il-Partit Nazzjonalista ressaq Private Member’s Bill biex jipproteġi l-kmamar tal-aħbarijiet Maltin. Aktar dettalji dwar dan hawnhekk:
//= $special ?>