Raġel li ġie akkużat li darab gravi lil raġel ieħor f’argument li seħħ fil-Valletta Laboratory Wharf fl-2014 jiskansa sentenza ta’ ħabs wara li l-vittma, Carmel Tabone, ħafirlu.
Jesmond Micallef li hu minn Ħal Qormi kien akkużat li darab gravi lil Tabone li kien gwardjan tas-sigurtà. Qabel ir-reat, l-istess Tabone waqqaf lil Micallef li kien qed isuq trailer minħabba li kien hemm xi dokumenti neqsin. Tabone ħabba f’hekk talbu biex iwaqqaf f’ġenb biex ma jimblukkax it-traffiku, iżda fid-daqqa u l-ħin, kif deskritt, Micallef tah daqqa ta’ ponn f’wiċċu u kissirlu sinna.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġostrat Consuelo Scerri Herrera osservat li l-vittma ħafer lill-akkużat u għalhekk stqarret li ma jgħamilx sens li l-akkużat jintbagħat il-ħabs. Minflok tagħtu l-libertà proviżorja għal tliet snin.
//= $special ?>