Lokali

L-Awtorita’ tal-Ippjanar approvat l-iżvilupp propost fil-bajja ta’ San Ġorġ

L-art tinsab bejn Villa Rosa u l-ITS

L-Awtorita’ tal-Ippjanar approvat l-iżvilupp propost fil-bajja ta’ San Ġorġ, f’San Ġiljan. Din l-art tinsab bejn Villa Rosa u l-ITS.

Dan il-proġett se jsir fuq art kbira li fiha tinkludi d-demolizzjoni tal-binja li tifforma parti mill-luklanda St George’s Bay Hotel u l-bini tal-madwar, u taż-żewġt idjar li jinsabu max-xatt bl-isem ta’ Dolphin u Moynihan. Din tal-aħħar hi msemmija għall-Kaptan u t-tifel tiegħu, it-tnejn mir-Renju Unit, fejn fl-1969 kienet twaħħlet plakka kommemorattiva mal-faċċata.

Il-proġett jinvolvi żona ta’ parkeġġ għall-vetturi, lukandi u żoni kummerċjali. Ukoll se jkun hemm skola tal-lingwi b’akkomodazzjoni għall-istudenti, u bingalows.

Intant il-binja storika ta’ Villa Rosa se tiġi rinovata, filwaqt li se tkun mammra b’aktar faċilitajiet għal servizzi bħal tiġijiet u festini fi swali.