Lokali Saħħa

Mill-ġdid problemi b’mediċini out-of-stock

Nies ilhom ġranet jilmentaw, anke pubblikament fuq Facebook

Wara nuqqas ta’ Thyroxine mill-ispiżeriji, illum feġġew aktar ilmenti anke dwar il-Levothyroxine, li ukoll hi mediċina għat-thyroid.

Ħafna persuni ikkummentaw fuq Facebook u qalu li ma jistgħux isibu Levothyroxine għalkemm daru diversi spiżeriji.

Mara li tkellmet magħna qaltilna li kellha iddur fuq ħabiba tagħha biex ittiha xi pilloli li kellha bżonn. “Jien noħodhom kuljum, u ma ngħaddix mingħajr dawn il-pilloli”, qaltilna din il-mara.