Uffiċjali fi Brussel qalu li m’hemm ebda rabta mat-terroriżmu għall-inċident li kien hemm fiz-zona ta’ Forest fil-kapitali Belġjana. Dan wara li persuna armata intlemħet fi blokk appartamenti. Irriżulta li l-inċident kellu x’jaqsam ma’ tilwima personali imma minħabba t-tensjoni li hemm fil-post marru ħafna pulizija armati.
Fi Forest kien ma jistkenn Salah Abdeslam, l-unika terrorista li kien ħareġ ħaj mill-attakki ta’ Pariġi fl-2015.
Mument ta’ tensjoni fi Brussel


