Lokali

Omm bil-vizzju tad-droga taħrab mill-programm ta’ rijabilitazzjoni

Il-Qorti fi Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta
L-awtoritajiet tal-ħabs ma jaċċettawiex lura imma eventwalment reġgħet ntbagħtet il-ħabs

Omm ta’ tifel ta’ 12-il sena, li qed tiġġieled il-vizzju tad-droga reġgħet ġiet arrestata u tressqet il-Qorti .

L-omm kienet anke ħarbet mill-programm ta’ rijabilitazzjoni li kienet qed issegwi f’San Blas u l-awtoritajiet tal-ħabs irrifjutaw li jeħduha lura minkejja li f’sentenza li kienet ingħatat qabel il-Maġistrat li ta l-possibilita’ li jekk il-mara terġa’ taqa’ fil-vizzju tintbgħat lura l-Ħabs sakemm tkun re-eżaminata s-sitwazzjoni tagħha.

Jirriżulta li l-istat li kient tinsab fih il-mara mar għal agħar hekk kif it-tabib allegatament insista li l-mara tieqaf tieħu l-methadone bħala mediċina. Fl-14 ta’ Frar il-mara ħarbet minn San Blas u spiċċat biex ħadet l-eroina. Kienet anke marret għand il-ġenituri tagħha li ħaduha l-isptar Monte Carmeli biex tingħata l-kura.

Iżda l-mara eventwalment ma ġietx aċċettata l-Ħabs skont l-awtoritajiet tal-Ħabs minħabba proċeduri tal-Qorti. Eventwalment il-mara xorta waħda ntbagħtet l-Ħabs.